Charter Tal-Pazjenti

Iċ-Charter Nazzjonali tal-Pazjenti jelenka d-drittijiet u r-responsabbiltajiet tal-persuni li jkunu jirċievu trattament fis-sistema tal-kura tas-saħħa Maltija. Iċ-Charter Nazzjonali tal-Pazjenti jgħin biex il-kura tas-saħħa tkun tal-aqwa kwalità, sigura u fil-ħin u fl-istess waqt jippromwovi ftehim reċiproku tad-drittijiet u r-responsabiltajiet tal-persuni li jirċievu kura tas-saħħa.

Iċ-Charter Nazzjonali tal-Pazjenti hu msejjes madwar dawn il-prinċipji ewlenin:

  1. Protezzjoni tas-saħħa
  2. Aċċess
  3. Informazzjoni
  4. Parteċipazzjoni u kunsens informat
  5. Privatezza u kunfidenzjalità
  6. Dinjità u rispett
  7. Kura tas-saħħa sigura
  8. Suġġerimenti u kritika
Ara Iċ-Charter Tal-Pazjent Hawn

Hija EmerġenzaMedika Meta Tkun Qed Issofri Minn:

  • Korriment
    ikrah fir-ras
  • Telf ta’ demm
    f’ammont kbir
  • Puplesija
  • Uġigħ fis-sider
  • Ksur fl-għadam
  • Uġigħ fiż-żaqq
  • Uġigħ kbir
  • Trawma maġġuri
  • Diffikultà biex tieħu n-nifs

Ikkuntattja Lit-tabib Tiegħek Meta Tkun Issofri Minn:

  • Deni / influwenza
  • Infezzjoni fil-widna
  • Reazzjonijiet
    allerġiċi ħfief
  • Sogħla, riħ jew
    griżmejn juġgħu
  • Għadma mfekka jew
    sforz f’xi muskolu
  • Gidma ħafifa ta’ xi
    annimal jew insett
  • Ħruq fuq
    skala żgħira

Kura Fil-ħin

Il-ħin Li Fih Isir Intervent Immexxi Minn Speċjalista Mhux Suppost Jaqbeż
  • 12-il ġimgħa għal Kundizzjonijiet Urġenti
  • 18-il xahar għal Kundizzjonijiet Mhux Urġenti

Aħna qed nisimgħuk...

Tista' twassal ħsibijietek u l-kummenti tiegħek billi timla l-formula li biha tista' tikkuntattjana fuq:
www.careandcure.gov.mt/contact-us

Nittrattawk B’rispett U B’ugwaljanza

U nagħtuk dak kollu li hemm bżonn biex innaqqsu t-tbatija u l-uġigħ

Nistennew Li Titratta Lil Dawk Kollha Madwarek B’dinjità U Rispett

Appuntament Mitluf Huwa Appuntament Moħli

Kun Fil-ħin Għall-appuntamenti U Ċempel Lill-istaff tagħna Minn Kmieni F’każ Li Ma Tkunx Tista’ Tattendi
F’każ li ma tkunx tista’ tiġi għall-appuntament tiegħek, ċempel
fuq il-helpline tal-outpatients fuq 2545 7000

Il-privatezza Tiegħek U L-kunfidenzjalità Huma Rispettati L-ħin Kollu

L-informazzjoni medika tkun mogħtija lil ħaddieħor biss jekk ningħataw il-permess mingħandek.

Għinna Nikkuntattjawk

Kun ċert/a li għandna d-dettalji tiegħek aġġornati. Għarraf lill-istaff mediku b’xi bidliet li jkun hemm fihom.

Segwi Kull Dettall Tat-trattamenti Medici U L-istruzzjonijiet Li Tingħata Mill-professjonisti Fil-qasam Tas-saħħa

Agħżel sew. Ibqa’ sew.

  • Kun informat/a dwar il-kundizzjonijiet mediċi tiegħek
  • Kun af it-trattament li ser tieħu
  • Iddeċiedi dwar il-kura li tista’ tingħata
  • Involvi lill-membri familjari tiegħek f’kull deċiżjoni importanti
  • Ifhem il-pjan tal-kura tiegħek

Agħtina Informazzjoni Korretta U Dettaljata

Għarrafna b'mod preċiż dwar:
  • L-istorja medika teigħek
  • Is-sintomi
  • Possibbiltà ta’ allerġiji

Is-sigurtà Tal-pazjenti Hi Prijorità Għalina

Meta żżur lil xi pazjent, kun żgur li:
  • Jkollok idejk nodfa l-ħin kollu
  • Ma jkollokx infezzjonijiet jew mard
  • Tevita li tpoġġi fuq is-sodda tal-pazjent
  • Ibża għall-bini u l-propjetà tal-isptar
- Agħżel Sala -
Care And Cure